SBS Programm Malti - Il-Ġimgħa 1 ta' Awwissu 2025 - 12pm - Preżentazzjoni u produzzjoni ta' Joe Axiaq.
--------
56:13
--------
56:13
SBS Maltese News: 01.08.25
Aħbarijiet bil-Malti: 01.08.25 minn Joe Axiaq. L-aħħar aħbarijiet mill-Awstralja u l-kumplament tad-dinja.
--------
6:59
--------
6:59
Żjara f’Darwin ma’ Victor Vella
Victor Vella, awtur Maltin Awstraljan, xandar u ekx għalliem jeħodna dawra fil-belt ta’ Darwin u jitkellem dwar il-karatteristiċi uniċi ta’ dan it-territorju Awstraljan.
--------
7:41
--------
7:41
50 sena tal-SBS: L-ewwel xandira diretta minn Malta għall-Awstralja f’Awwissu tal-1981
F’dawn l-episodji li bihom qegħdin infakkru għeluq il-50 sena ta’ xandir bil-Malti fuq l-SBS illum immorru lura f’Awwissu tal-1981 meta kellna l-ewwel xandira diretta minn Malta għall-Awstralja, fi żmien meta l-mezzi tat-telekomunikazzjonijiet kienu diffiċli ħafna. Ix-xandira saret mill-Ħamrun, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Gejtanu. Fl-istess ħin tal-briju tal-festa li twassal minn Malta permezz tar-radju, grupp ta’ membri u ħbieb mill-Għaqda ta’ San Gejtanu f’Melbourne, kienu miġbura għall-festa tagħhom fejn komplew mal-briju tal-festa minn Malta.
--------
14:22
--------
14:22
Bonegilla – The Migrant’s Journey by Director Simon Reich
Bonegilla – The Migrant’s Journey huwa show u issa dokumentarju wkoll tad-Direttur Simon Reich. Huwa jitkellem ma ’ Joe Axiaq, dwar kif editja l-intervisti mix-show f'dokumentaru li għadu kif intgħażel fil-Melbourne Documentary Film Festival 2025. L-immigranti intervistati huma minn diversi pajjiżi Ewropej fosthom Malta, l-Ukrajna, il-Ġermanja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, l-Italja, u l-Greċja. Kull wieħed u waħda minnhom jirrakkontaw l-istejjer tal-gwerra li għaddew minnhom, li hija r-raġuni prinċipali li ġew l-Awstralja. Hekk kif waslu l-Awstralja ħafna minnhom qagħdu f ’kampijiet tal-immigranti bħal Bonegilla, sakemm sabu xogħol.
Independent news and stories from SBS Audio, connecting you to life in Australia and Maltese-speaking Australians. - Aħbarijiet u stejjer indipendenti li jikkonnettjawk mal-ħajja fl-Awstralja u tal-Maltin Awstraljani.